Dwar il-Premju tal-2025
Sejħa għall-bliet kollha involuti fid-diversità u l-inklużjoni fl-Ewropa
Il-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità jirrikonoxxi l-ħidma li tkun saret minn raħal, belt jew reġjun, filwaqt li jagħti viżibilità u jpoġġi l-enfasi fuq din il-ħidma, li tista’ tkun sors ta’ ispirazzjoni għal bliet Ewropej oħra biex joħolqu ambjenti aktar diversi, ħielsa mid-diskriminazzjoni u inklużivi għaċ-ċittadini tagħhom. Hu jfittex li jirrikonoxxi l-aħjar prattiki li jippromwovu d-diversità (f’termini ta’ sess, età, diżabilità, identità LGBTIQ, reliġjon jew twemmin u oriġini razzjali jew etnika) bħala sors ta’ rikkezza u innovazzjoni, jikkontribwixxu għal politiki u sistemi inklużivi, u jrawmu sens ta’ appartenenza għaċ-ċittadini kollha tagħha.
Il-Premju huwa wieħed mir-riżultati tanġibbli tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu u tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 u juri kif l-azzjoni fil-livelli kollha hija essenzjali jekk irridu nbiddlu s-sitwazzjoni u nibnu Unjoni ta’ Ugwaljanza.
Interessati tapplikaw, iżda tixtiequ tkunu tafu aktar dwar il-Premju u tressqu l-mistoqsijiet tagħkom? Ingħaqdu magħna f’wieħed mill-webinars:
Kategoriji tal-premju
Hemm żewġ kategoriji ewlenin:
- Awtoritajiet lokali b’inqas minn 50,000 abitant
- Awtoritajiet lokali b’aktar minn 50,000 abitant
Fl-2025, se jingħata wkoll Premju Speċifiku lill-awtoritajiet lokali għall-ħidma tagħhom dwar “akkomodazzjoni inklużiva”.
Se jkun hemm tliet rebbieħa għal kull kategorija (l-ewwel, it-tieni u t-tielet post). Id-daqs tal-awtorità lokali mhux se jitqies għall-Premju Speċifiku.
Tistgħu tibagħtu l-applikazzjoni tagħkom bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

L-applikazzjonijiet se jagħlqu fis-7 ta’ Frar 2025, 12:00 CET.
Skopru min huma r-rebbieħa fiċ-Ċerimonja tal-premjazzjoni fid-29 ta’ April 2025.
Ispiraw lill-UE, ibnu Unjoni ta’ Ugwaljanza
Il-Premju mhuwiex biss dwar ir-rikonoxximent. Ir-rebbieħa tagħna se jispiraw irħula, bliet u reġjuni oħra billi jaqsmu l-aħjar prattiki u l-politiki rebbieħa. Dan se jeħodna pass ieħor ’il quddiem lejn Unjoni ta’ Ugwaljanza u soċjetà aktar ugwali.
Għandkom xi mistoqsijiet dwar il-Premju?
Jekk għandkom xi mistoqsijiet:
- Araw ir-regoli u l-linji gwida
- Ikkuntattjaw lis-Segretarjat tal-Premju fuq eudiversity_award
vo-europe [dot] eu (eudiversity_award[at]vo-europe[dot]eu )
Xerrdu l-kelma
Għandna bżonn l-appoġġ tagħkom. Xerrdu l-kelma fuq il-midja soċjali b’#DiversityCapitals u abbonaw għan-newsletter tagħna.
Grazzi
Il-kunċett tal-Premju tħejja f’konsultazzjoni ma’ kollegi mill-Kummissjoni Ewropea kollha inklużi dawk fid-Direttorati Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, il-Politika Reġjonali u Urbana, l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, l-Ambjent u s-Segretarjat Ġenerali. Ħdimna wkoll mal-Kumitat tar-Reġjuni.
Proċess tal-Applikazzjoni
Min jista’ japplika?
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-awtoritajiet lokali bħall-bliet, l-irħula jew ir-reġjuni fl-UE. L-applikazzjonijiet iridu jsiru minn rappreżentant uffiċjali.
L-applikanti se jintalbu jiddeskrivu inizjattivi ewlenin li jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni.
Inizjattivi li jindirizzaw b’mod komprensiv tipi differenti ta’ diskriminazzjoni (sess, età, diżabilità, identità LGBTIQ, reliġjon jew twemmin u oriġini razzjali jew etnika) u juru approċċ intersezzjonali se jkollhom vantaġġ.
Għal aktar dettalji araw ir-Regoli tal-Kompetizzjoni
Skeda ta’ żmien
- Ftuħ tal-Applikazzjonijiet
26 ta’ Novembru 2024 - Ftuħ tal-proċess tal-applikazzjonijiet
- Għeluq tal-Applikazzjonijiet
7 ta’ Frar 2025 - Għeluq tal-proċess tal-applikazzjonijiet
- Evalwazzjoni mill-Esperti
Frar 2025 - Evalwazzjoni mill-esperti indipendenti
- Evalwazzjoni mill-Ġuriji Ewropej
Marzu 2025 - Evalwazzjoni mill-Ġuriji Ewropej (Kompetizzjoni ġenerali u “akkomodazzjoni inklużiva” - Premju Speċifiku)
- Informazzjoni lill-Applikanti
Marzu / April 2025 - Informazzjoni lill-applikanti
- Ċerimonja tal-Premjazzjoni
29 ta’ April 2025 - Ċerimonja tal-Premjazzjoni għall-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità 2025
Kif tistgħu tapplikaw?
- L-applikanti jridu joħolqu profil u japplikaw permezz tal-formola tal-applikazzjoni online.
- Jekk jogħġobkom imlew it-taqsimiet kollha tal-formola tal-applikazzjoni online hawnhekk u ibagħtuha sas-7 ta’ Frar 2025, 12: 00 CET.
- Tistgħu timlew l-applikazzjonijiet bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Dawn se jiġu tradotti għall-Ingliż bl-użu ta’ traduttur awtomatizzat. Fejn possibbli, l-applikanti huma mħeġġa jissottomettu l-proposta tal-proġett tagħhom bl-Ingliż biex jiffaċilitaw it-trattament tal-proposti.
- L-applikanti jistgħu wkoll itellgħu jew jipprovdu link għal preżentazzjoni ta’ 10 slides bil-PowerPoint biex jippreżentaw aħjar l-applikazzjoni tagħhom.
- L-applikanti jridu jehmżu Dikjarazzjoni fuq l-unur (Anness III) iffirmata mis-sindku jew mir-rappreżentant tal-ogħla grad, awtorizzat mil-liġi nazzjonali biex jirrappreżenta legalment ir-raħal/il-belt/ir-reġjun.
Araw in-Nota ta’ Gwida għad-dettalji dwar il-proċess ta’ applikazzjoni.
Rebbieħa tal-2024
Rebbieħ tal-Premju tal-2024
Informazzjoni dwar ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet
Is-seba’ rħula, bliet u reġjuni rebbieħa jispikkaw fi grupp b’saħħtu ta’ kandidati magħżulin għall-kontribut tagħhom għal Ewropa aktar ugwali u inklużiva. Huma wrew kreattività u impenn fl-implimentazzjoni ta’ firxa ta’ inizjattivi biex javvanzaw l-eżiti ta’ inklużjoni ugwali għall-persuni fid-diversità kollha tal-età, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sess, id-diżabilità, u l-LGBTIQ, u saħħuhom bi strateġiji, strutturi istituzzjonali u sistemi organizzattivi effettivi.
Ir-rebbieħa ġew minn ħames pajjiżi tal-UE u inkludew lil Zagreb, Växjö kommun, La Laguna, Corbetta, Miranda de Ebro, Casares u Ljubljana.
Tgħallmu aktar dwar il-vjaġġ u l-istorja tagħhom hawn taħt.
Tħossukom ispirati? Applikaw issa
L-applikazzjonijiet għall-2025 se jagħlqu fis-7 ta’ Frar 2025, 12:00 CET.
Newsletter
Abbonaw għal #DiversityCapitals, in-newsletter tal-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità
#DiversityCapitals hi n-newsletter uffiċjali tal-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità. Irreġistraw hawn taħt biex tirċievu l-aħħar aħbarijiet u avviżi bi tħejjija għaċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni. Flimkien ma’ ħarsa lejn il-punti ewlenin reċenti, se tirċievu riżorsi lesti għall-użu (posts tal-midja soċjali, elementi viżwali eċċ.) u dati ewlenin għad-djarji tagħkom. Se tkunu tistgħu tniżżlu uħud mir-riżorsi minn din il-website.