Applikazzjoni online
L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-30 ta’ Jannar 2026 f’12:00 CET.
Tistgħu taraw il-formola tal-applikazzjoni f’verżjoni PDF minn qabel, madankollu jekk jogħġobkom innotaw li l-applikazzjonijiet sottomessi permezz ta’ għodda online biss se jiġu aċċettati.
Proċess tal-Applikazzjoni
Il-Premju tal-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità (imsemmi wkoll hawn taħt bħala l-Premju) se jirrikonoxxi tliet bliet f’żewġ kategoriji distinti:
- awtoritajiet lokali b’inqas minn 50,000 abitant;
- awtoritajiet lokali b’aktar minn 50,000 abitant.
Kull kategorija se jkollha l-ewwel (l-uniku rebbieħ tat-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Inklużjoni u d-Diversità għal sena partikolari), it-tieni u t-tielet post.
Fl-2026, se jingħata wkoll Premju Speċifiku għall-awtoritajiet lokali li jiksbu “swieq tax-xogħol inklużivi għal kulħadd”. Se jkun hemm tliet rebbieħa f’din il-kategorija (l-ewwel, it-tieni u t-tielet post). Id-daqs tal-awtorità lokali ma jitqiesx għall-Premju Speċifiku li għalih hemm kategorija waħda biss.
L-applikazzjonijiet għall-Premju se jkunu soġġetti għal verifika tal-eliġibbiltà u għal valutazzjoni minn qabel minn esperti indipendenti. Id-deċiżjoni finali se tittieħed minn Ġurija Ewropea li se tistabbilixxi klassifikazzjoni finali fiż-żewġ Kategoriji ġenerali (inqas minn u aktar minn 50,000 abitant) u minn Ġurija Ewropea għall-Premju Speċifiku li se tistabbilixxi klassifikazzjoni finali fil-kategorija tal-Premju Speċifiku.
L-awtoritajiet lokali jistgħu japplikaw kemm għall-Kompetizzjoni Ġenerali kif ukoll għall-Premju Speċifiku.
Min jista’ japplika?
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-awtoritajiet lokali kollha bħall-bliet, l-irħula jew ir-reġjuni fl-UE. L-applikazzjonijiet iridu jsiru minn rappreżentant uffiċjali.
L-applikanti se jintalbu jiddeskrivu inizjattivi ewlenin li jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni.
Inizjattivi li jindirizzaw b’mod komprensiv tipi differenti ta’ diskriminazzjoni (sess, età, diżabilità, identità LGBTIQ, reliġjon jew twemmin u oriġini razzjali jew etnika) u juru approċċ intersezzjonali se jkollhom vantaġġ.
Għal aktar dettalji araw ir-Regoli tal-Kompetizzjoni
Għandkom xi mistoqsijiet dwar il-Premju?
Jekk għandkom xi mistoqsijiet:
- Araw ir-regoli u l-linji gwida
- Araw il-formola tal-applikazzjoni f’verżjoni PDF minn qabel (l-applikazzjonijiet sottomessi permezz ta’ għodda online biss se jiġu aċċettati)
- Ikkuntattjawna fuq eudiversity_award
vo-europe [dot] eu (JUST-CITY-AWARDS[at]ec[dot]europa[dot]eu)
Ingħaqdu mal-webinar tagħna
Tixtiequ tkunu tafu aktar dwar il-Premju? Interessati li tapplikaw? Tixtiequ titgħallmu dwar kif tiktbu applikazzjoni tajba? Ingħaqdu mal-webinars ta’ informazzjoni tagħna fl-20 ta’ Novembru u d-9 ta’ Diċembru 2025.
Irreġistraw għall-webinars:
