Dwar il-Premju tal-2026
Sejħa lill-ibliet, l-irħula u r-reġjuni inklużivi kollha fl-Ewropa
Il-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità jirrikonoxxi l-ħidma li tkun saret minn raħal, belt jew reġjun, filwaqt li jagħti viżibbiltà u jpoġġi l-enfasi fuq din il-ħidma, li tista’ tkun sors ta’ ispirazzjoni għal bliet Ewropej oħra biex joħolqu ambjenti aktar diversi, ħielsa mid-diskriminazzjoni u inklużivi għaċ-ċittadini tagħhom. Hu jirrikonoxxi l-aħjar prattiki li jippromwovu d-diversità (f’termini ta’ sess, età, diżabbiltà, identità LGBTIQ, reliġjon jew twemmin u oriġini razzjali jew etnika) bħala sors ta’ rikkezza u innovazzjoni, jikkontribwixxu għal politiki u sistemi inklużivi, u jrawmu sens ta’ appartenenza għaċ-ċittadini kollha tagħha.
Il-Premju huwa wieħed mir-riżultati tanġibbli tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu u tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 u juri kif l-azzjoni fil-livelli kollha hija essenzjali jekk irridu nbiddlu s-sitwazzjoni u nibnu Unjoni ta’ Ugwaljanza.
Il-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità 2026 se jiġi varat din il-Ħarifa!
Ingħaqdu mal-webinar tagħna
Tixtiequ tkunu tafu aktar dwar dan il-Premju? Interessati li tapplikaw? Tixtiequ tkunu tafu kif tiktbu applikazzjoni tajba? Idħlu fil-webinars ta’ informazzjoni tagħna fl-20 ta’ Novembru u d-9 ta’ Diċembru 2025.
Irreġistraw għall-webinars:
- hawnhekk għall-20 ta’ Novembru 2025 (10.00-11.00 CET)
- hawnhekk għad-9 ta’ Diċembru 2025 (14.00 - 15.00 CET)
Iltaqgħu magħna f’Ottubru fl-#EURegionsWeek
Abbonaw għan-newsletter #DiversityCapitals
Kategoriji tal-premju
Hemm żewġ kategoriji ewlenin:
- Awtoritajiet lokali b’inqas minn 50,000 abitant
- Awtoritajiet lokali b’aktar minn 50,000 abitant
Fl-2026, se jingħata Premju Speċifiku lill-awtoritajiet lokali għall-ħidma tagħhom fil-bini ta’ “suq tax-xogħol inklużiv għal kulħadd”.
Se jkun hemm tliet rebbieħa għal kull kategorija (l-ewwel, it-tieni u t-tielet post). Id-daqs tal-awtorità lokali mhux se jitqies għall-Premju Speċifiku.
Tistgħu tibagħtu l-applikazzjoni tagħkom bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

Skopru aktar dwar min u kif ir-raħal, il-belt jew ir-reġjun tagħkom jistgħu japplikaw għall-Premju tal-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità

Skopru kollox dwar ir-rebbieħa tal-imgħoddi u dawk attwali

Skopru dak kollu li għandkom bżonn tkunu tafu dwar il-Premju tal-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità
Cast your vote: Discover the finalists of the 2026 Award
The finalists of the European Capitals of Inclusion and Diversity Award 2026 represent the forefront of local action to build fairer, more inclusive societies across Europe. Selected from a highly competitive pool of applications, these cities, towns and regions have demonstrated outstanding commitment to promoting equality, tackling discrimination, and ensuring that no one is left behind. Through innovative policies, targeted initiatives and strong community engagement, they are translating the values of the Union of Equality into tangible impact on the ground. Discover their stories, explore their initiatives, and take part in the public vote to support your favourite city.
Skeda ta’ żmien
(skeda ta’ żmien indikattiva, aktar dettalji wara t-tnedija tal-Premju)
- Ftuħ tal-Applikazzjonijiet
Ottubru - Novembru 2025
- Webinars ta’ informazzjoni
20 ta’ Novembru u 9 ta’ Diċembru 2025
- Għeluq tal-Applikazzjonijiet
30 ta’ Jannar 2026 f’12:00 CET
- Evalwazzjoni mill-Esperti
Frar 2026
- Evalwazzjoni mill-Ġuriji Ewropej
Marzu 2026
- Informazzjoni lill-Applikanti
Marzu / April 2026
- Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet fi Brussell
21 ta' April 2026
Ispiraw lill-UE, ibnu Unjoni ta’ Ugwaljanza
Il-Premju mhuwiex biss dwar ir-rikonoxximent. Ir-rebbieħa tagħna se jispiraw irħula, bliet u reġjuni oħra billi jaqsmu l-aħjar prattiki u l-politiki rebbieħa. Dan se jeħodna pass ieħor ’il quddiem lejn Unjoni ta’ Ugwaljanza u soċjetà aktar ugwali.
Għandkom xi mistoqsijiet dwar il-Premju?
Jekk għandkom xi mistoqsijiet:
- Araw ir-regoli u l-linji gwida
- Ikkuntattjawna fuq eudiversity_award
vo-europe [dot] eu (JUST-CITY-AWARDS[at]ec[dot]europa[dot]eu)
Xerrdu l-kelma
Għandna bżonn l-appoġġ tagħkom. Xerrdu l-kelma fuq il-midja soċjali b’#DiversityCapitals u abbonaw għan-newsletter tagħna.
Grazzi
Il-kunċett tal-Premju tħejja f’konsultazzjoni ma’ kollegi mill-Kummissjoni Ewropea kollha inklużi dawk fid-Direttorati Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, il-Politika Reġjonali u Urbana, l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, l-Ambjent u s-Segretarjat Ġenerali. Ħdimna wkoll mal-Kumitat tar-Reġjuni.
Newsletter
Abbonaw għal #DiversityCapitals, in-newsletter tal-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità
#DiversityCapitals hi n-newsletter uffiċjali tal-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità. Irreġistraw hawn taħt biex tirċievu l-aħħar aħbarijiet u avviżi bi tħejjija għaċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni. Flimkien ma’ ħarsa lejn il-punti ewlenin reċenti, se tirċievu riżorsi lesti għall-użu (posts tal-midja soċjali, elementi viżwali eċċ.) u dati ewlenin għad-djarji tagħkom. Se tkunu tistgħu tniżżlu uħud mir-riżorsi minn din il-website.






